Maltese
Ħloqna l-proġett "Beyond Signs in the City" bl-għan li nippromwovu l-lingwi permezz ta' l-ivjaġġar, kitba, fotografija u tal-"multimedia".
S'issa permezz ta' dan il-proġett, iproduċejna materjal stampat, liema materjal ġie wkoll ippublikat online li jinkludi gwidi ta' l-ivjaġġar u gwidi lingwistiċi, ritratti, esebizzjonijiet, filmat u logħob offline għall-ibliet u l-lingwi hawn taħt imnissla:
- Alcala de Henares għal-lingwa Spanjola
- Bad Radkersburg u Gornja Radgona għall-Ä emaniz u Sloven
- Barċelona għal Katalan
- Birgu (Citta' Vittoriosa) għal-lingwa Maltija
- Dobrich għal-lingwa Bulgara
- Gdansk għal-lingwa Pollakka
- Izmir għal-lingwa Torka
- Miercurea Cuic (Csikszerada) għar-Rumen u l-lingwa Ungeriza
- Nafplio għal-lingwa Griega
Il-Kunċett ta' dan il-proġett huwa sempliċi; aħna għażilna numru ta' ibliet fl-Ewropa, liema bliet ġew iffotografati u ġbarna nformazzjoni dwar sinjali lingwistiċi kulturali, ta' dawn l-Ibliet. Is-Sinjali jinkludu s-sinjali tat-toroq u sa anke graffiti, kitbiet fir-restoranti u ħwienet tax-xorb, informazzjoni fuq bini u postijiet storiċi famużi u ta' mportanza. Aħna zviluppajna gwida lingwistika u kulturali li tgħallem il-lingwa u ftit mill-Kultura tal-Belt ghall-vizitaturi u l-mistednin. Barra minn hekk aħna ffilmjajna aspetti tal-ħajja ta' kuljum fl-ibliet ikkonċernati.
Finalment, zviluppajna logħba li tippermetti lil dak li qed juzaha biex idur fl-ibliet u jitgħalmu ftit dwar il-lingwi tagħhom.
Nittamaw li ser tieħdu gost titgħallmu l-lingwi u l-kulturi tal-Ibliet parteċipanti fil-proġett "Beyond Signs in the City".
Ħossok liberu li tagħtina l-opinjoni tiegħek fi kwalunkwe lingwa tal-proġett .